Monday, November 4, 2024

Passiġġier ta’ karozza jweġġa’ gravi wara li s-sewwieq baqa’ dieħel f’ħajt fis-Swieqi

Aqra wkoll

Passiġġier ta’ karozza kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:15 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Madliena, is-Swieqi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li għal xi raġuni raġel ta’ 25 sena residenti s-Swieqi, li kien qed isuq Toyota Dyna, kellu impatt ma’ ħajt u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Għargħur.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 25 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-passiġġier sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport