Wednesday, December 25, 2024

Passiġġiera fuq mutur issofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Blat il-Qamar fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda NSC misjuq minn

raġel ta’ 27 sena mir-Repubblika Ċeka u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 46 sena mill-Mosta. Mar-raġel ta’ 27 sena kien hemm ukoll mara ta’ 25 sena, ukoll mir-Repubblika Ċeka.

B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, mutur ieħor Honda NSC li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 26 sena mir-Repubblika Ċeka tilef il-kontroll u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lit-tliet persuni li kienu fuq il-muturi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-irġiel għadha pendenti.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport