Friday, May 3, 2024

Passiġġiera ssofri ġrieħi gravi f’inċident bi quadbike f’Għawdex

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba xi ġrieħi li sofriet f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1:00 p.m fi Triq ix-Xlendi fil-Munxar Għawdex.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li raġel mill-Portugal ta’ 29 sena li kien qed isuq quadbike, tal-għamla Access, tilef il-kontroll u ħabat ma’ ħajt. Fuq il-quadbike kien hemm ukoll mara ta’ 32 sena mill-Portugal.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport