Friday, November 15, 2024

Patri Mario Attard jiċċelebbra l-31 sena minn mindu ngħaqad mal-Kapuċċini

Aqra wkoll

Patri Mario Attard, kontributur regolari fil-ġurnal It-Torċa, ilbieraħ iċċelebbra l-31 sena minn meta ngħaqad mal-komunità tal-Kapuċċini. Patri Mario hu magħruf sew għax-xogħol kbir li jwettaq l-aktar fost il-modra bil-kanċer u l-imħabba li għandu għal dawk kollha li jinsabu fil-bżonn.

Hu stess, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook kiteb poeżija biex ifakkar il-31 sena anniversarju minn meta daħal fil-kunvent bħala patri Kapuċċin

Wieħed u tletin sena ilu (poezija)

Wieħed u tletin sena

Int Mulej daħħaltni mal-Kapuċċini,

F’dil-mixja hekk twila u kollha mżewqa

Bit-tlugħ, b’inżul, bħal xini.

Hekk kelli nbaħħar f’baħar

Bil-bosta kbir, emmnuni jien ma nkejlux,

Baħar inċanat b’kull xorta ta’ ħlejjaq

Dan kollu ma niftakrux.

Imma ħaġa niftakar

‘L-Mulej lili tassew ma ħallieni qatt,

Għax anki meta r-riħ nefaħ bil-kontra

Lilu sibt minn fost kulħadd.

Għalhekk illum qed nifraħ

Għal tjubietu li dejjem baqgħet miegħi,

U jiġu kemm jiġu nies ġewwa ħajti

Imħabbtu biss hi tiegħi.

Infaħħru kemm farraġni

Meta ħaddieħor qagħad jitfagħli l-ġebel,

Imma għeb qisu qatt m’għadu jeżiżti

Imħabbet Ġesù ħemel.

Illum wara bosta snin

Kemm nifraħ bik għax lilek sibt O Ġesù,

Fejn tidħol int ma jidħolx le kull bniedem

Inti tfejjaqni bil-virtù.

Li joħorġu minn qalbek

U jinfduli b’qawwithom ‘l qalbi ċkejkna,

Ġesù, il-Ħniena Divina u bla qjies tiegħek

Hi ħajjitna msejkna.

F’dal-jum miegħek se nifraħ

Kulħadd idabbar rasu, tibqa’ int biss,

U biex turini kemm tassew int tħobbi

U tgħannaqni kif imiss.

Tagħtini lill-Marija

L-għażiża Ommok li int tajtni b’Ommi,

Meta nintefa’ dirgħajha ħanina

Tbissima jfaqqa’ fommi.

Magħkom jien niċċelebra

Dan l-anniversarju, lilkom ħa jqimu,

L-art, is-sema w l-istorja ċkejkna tiegħi

Wieħed w tletin sena ilu.

Ekonomija

Sport