Il-manager ta’ Crystal Palace Patrick Vieira qed jinsisti biex jiffirma lill-midfielder ta’ Manchester United, Donny van de Beek, b’self għall-bqija tal-istaġun.
Il-manager temporanju tar-Red Devils Ralf Rangnick huwa ħerqan li jżomm lill-internazzjonali Olandiż dan ix-xahar, iżda huwa maħsub li jista’ jitħalla jitlaq b’self qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti.
Palace jidher li jinsabu favorite għall-akkwist tal-midfielder, u ż-żewġ clubs bħalissa jinsabu f’negozjati dwar ftehim għal żmien qasir.
Vieira huwa determinat li jassigura s-servizzi tal-player ta’ 24 sena għall-kumplament tal-istaġun, għalkemm l-Eagles mhux se jkollhom iċ-ċans li jiffirmawh b’mod permanenti dan is-sajf.
Van de Beek lagħab biss 68 minuta fil-Premier League matul l-istaġun 2021-22, wara li tħabat biex jikseb il-fiduċja ta’ Ole Gunnar Solskjaer jew Rangnick.
Madankollu, l-Olandiż għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu mar-Red Devils, u jista’ jkun fil-pjanijiet tal-manager il-ġdid tal-club l-istaġun li ġej.