Tuesday, October 22, 2024

Patt imxajtan fil-PN?

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Hekk kif is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista kompliet tikkomplika ruħha, b’partitarji jesprimu it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni, sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu ma’ L-ORIZZONT qalu li hekk kif Roberta Metsola ħaslet idejha u ddikjarat li mhux se tikkontesta kontra Adrian Delia fl-elezzjoni ta’ Kap tal-PN, il-grupp ta’ ribelli sabu ruħhom maqsumin bejn dawk li riedu li tkun Therese Comodini Cachia li tikkontesta għal Kap u dawk li jridu kandidat iżjed popolari, jiġifieri lil Bernard Grech. 

 Is-sorsi  li tkellmu ma’ L-ORIZZONT iddikjaraw li l-kunflitt bejn ir-ribelli baqa’ għaddej sal-jum tal-Ħamis. Dan għax allegatament qed jingħad li Claudio Grech, Herman Schiavone, Claudette Buttigieg u Mario deMarco baqgħu jinsistu li għandha tkun Comodini Cachia l-kandidat li tikkontesta.

Allegatament Chris Said u Karol Aquilina qed jingħad li jidher li ma rnexxilhomx jikkonvinċu lil Metsola, issa qed ikun allegat li qed jappoġġjaw lil Bernard Grech.  

Hu mifhum li bejn dawk li qed jissejħu ribelli hemm min sostna li Grech se jkun bħal Delia, ġej minn barra u li se tqum il-kwestjoni dwar min se jċedilu s-siġġu biex jekk jirbaħ jieħu wkoll il-post ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Jidher li beda jkun allegat li waqt li Schiavone kien lest li jċedi s-siġġu tiegħu lil Metsola, jidher li hu m’għandhux l-istess deċiżjoni għal Bernard Grech.  

Is-sorsi tagħna qalulna li allegatament biex akkwista l-appoġġ tal-membri parlamentari Grech kellu jċedi għal żewġ punti kruċjali. L-ewwel li jintrabat li jkun Kap interim sa l-elezzjoni. Dan sar għax allegatament Karol Aquilina kien tal-fehma li l-post jibqa’ vakanti għal Metsola wara l-elezzjoni. It-tieni kompromess li allegatament qed jissemma’ hu  li Bernard Grech  waqt li hu jkun il-Kap tal-PN, Comodini Cachia ssir il-Kap tal-Oppożizzjoni. B’hekk il-PN ikollu żewġ kaptani, b’Comodini Cachia tmexxi l-PN fis-sustanza waqt li Grech imexxi l-PN minnbarra l-Parlament, ħaġa li diġa qed tqajjem dibattitu fost il-partitarji għax jafu li vapur b’żewġ kaptana ma jimxix. 

Kunsilliera tal-PN li tkellmuj ma’ L-ORIZZONT qalulna li ħafna fil-PN qed jiddeskrivu dan il-patt bħala l-veru patt imxajtan fejn r-ribelli  issa se jispiċċa b’Kap li hu l-magħżul tal-klikka u Kap tal-Oppożizzjoni allegatament maqtuha kompletament mill-partitarji.

Sport