Aston Villa ħabbru li ffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Spanja, Pau Torres, mingħand Villarreal għas-somma rrappurtata ta’ £31.5 miljuni.
Torres, 26 sena, lagħab taħt il-manager tal-Villa, Unai Emery, mal-club Spanjol bejn l-2020 u l-2023.
Id-difensur, li ngħaqad mal-akkademja taż-żgħażagħ ta’ Villarreal fl-2003, kellu rwol ċentrali hekk kif is-Yellow Submarines spiċċaw il-ħames f’La Liga fl-istaġun li għadda.
Huwa għamel 173 dehra mat-team ta’ tfulitu, skorja 12-il darba, u lagħab 23 darba ma’ Spanja.
Torres għamel l-ewwel dehra tiegħu f’Villarreal fl-2016, u sar l-ewwel player imwieled fil-belt żgħira ta’ Valencia li ddebutta mal-club fi 13-il sena.
Huwa malajr stabbilixxa lilu nnifsu bħala player ewlieni fl-iskwadra, u rebaħ l-Europa League 2021 taħt Emery meta kien fost l-iskorers fir-rebħa bil-penalties kontra Manchester United.
Torres iddebutta ma’ Spanja fl-2019 u lagħab kemm fil-Euro 2020 kif ukoll fit-Tazza tad-Dinja 2022.
Huwa sar it-tieni ffirmar tas-sajf ta’ Aston Villa, wara li l-midfielder tal-Belġju, Youri Tielemans, wasal bi transferiment ħieles mir-relegati Leicester City.
Fl-istaġun li għadda, il-Villa spiċċaw fis-seba’ post fil-Premier League, u kisbu l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League.