Il-midfielder internazzjonali Malti Paul Mbong ingħaqad mal-club Serb, Cukaricki.
Fl-aħħar ftit ġimgħat, Mbong kien qed ifittex li jingħaqad ma’ klabb barrani wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Birkirkara ntemm fi tmiem l-istaġun.
L-attakkant ġie avviċinat mill-klabb Serb Cukaricki u ntlaħaq ftehim li ra lill-player jiffirma kuntratt ta’ sentejn.
FK Cukaricki għadhom kemm bdew l-impenji domestiċi tagħhom fil-Premier League Serb is-Sibt li għadda meta għelbu l-isfida ta’ Napredak bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Huma jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar il-Ħadd meta jiffaċċjaw lill-klabb ibbażat f’Belgrad FK IMT.
Mbong se jkun qed ifittex li jikseb post mal-ewwel 11 ta’ Cukaricki hekk kif qed ifittex li jħalli l-marka tiegħu fis-Super Liga Serba.