“Xi kredibbiltà jibqa’ meta jkun hemm il-flus involuti mill-kumpaniji tal-farmaċewtika…” Hekk tenna fis-sigħat li għaddew Paul Pace, il-President tal-MUMN, f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali filwaqt li esprima x-xettiċiżmu tiegħu dwar ir-rata ta’ effettività tal-vaċċini differenti.
Dan hekk kif il-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret mir-riżultati finali l-effettività tal-vaċċin tagħha huwa ta’ 95%, jiem wara li qalet li r-rata ta’ effettività minn riżultati inizjali hija ta’ 90%.
Pace staqsa jekk it-tellieqa għall-vaċċin u r-rata tal-effettività tiegħu saritx “tellieqa tal-firien għall-qerq”.