Sunday, October 27, 2024

Paul Pogba jittama li jingħaqad ma’ Juventus

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba, qed jittama li Juventus jagħmlu pass biex jerġgħu jiffirmawh bi free transfer dan is-sajf.

Il-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż f’Old Trafford għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u mhux probabbli li jiffirma estensjoni mar-Red Devils.

Għadd ta’ clubs, fosthom Barcelona u Real Madrid, ġew marbuta mal-midfielder, filwaqt li Paris Saint-Germain huwa maħsub li għamlu offerta lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Madankollu, il-player ta’ 29 sena huwa determinat li jassigura ritorn mal-Bianconeri qabel l-istaġun 2022-23.

Huwa mifhum li l-coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri qed jimbotta biex it-team tiegħu jiffirma lill-midfielder ċentrali bi free transfer.

Pogba qabel lagħab ma’ Juventus bejn l-2012 u l-2016, fejn rebaħ erba’ titli tas-Serie A u żewġ edizzjonijiet tal-Coppa Italia qabel ma rritorna ma’ Manchester United.

L-ex player ta’ Le Havre skorja goal wieħed biss u pprovda disa’ assists f’24 dehra għar-Red Devils matul dan l-istaġun.

Sport