Paul Pogba qal li huwa kuntent li jibqa’ ma’ Manchester United fis-sajf li ġej jekk il-manager temporanju attwali Ralf Rangnick jinħatar fuq bażi permanenti.
Il-Franċiż għad irid jidher taħt Rangnick minn meta ingħata l-pożizzjoni maniġerjali temporanja minħabba injury li għaddej minnha, wara li l-Ġermaniż ħa t-tmun tar-Red Devils mingħand Ole Gunnar Solskjaer f’Diċembru.
Bil-kuntratt tal-player ta’ 28 sena se jiskadi fis-sajf, l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Pogba ilhom għaddejjin għal aktar minn 12-il xahar, u dan l-aħħar kien irrappurtat li Paris Saint-Germain kienu favoriti biex jiffirmaw lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 bi free transfer f’Ġunju.
Madankollu, Pogba tant kien impressjonat bil-viżjoni ta’ Rangnick li jibni skwadra madwaru jekk jibqa’ f’Old Trafford lil hinn mis-sajf, li pperswadah jiffirma ftehim ġdid ma’ United.
Wara li rritorna mal-United għal madwar £89m fl-2016, Pogba għamel 146 dehra fil-Premier League, u rreġistra 28 goal u 36 assist matul dan iż-żmien.
Pogba jidher li se jagħmel l-ewwel dehra tiegħu taħt Rangnick fil-bidu ta’ Frar, li se tkun l-ewwel togħma ta’ azzjoni tiegħu mid-draw ta’ 2-2 kontra Atalanta lura f’Novembru.