It-trainer personali ta’ Paul Pogba ikkonferma li l-internazzjonali Franċiż mhux se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester United.
Il-ftehim attwali tal-player ta’ 28 sena f’Old Trafford għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u Man United huma maħsuba li huma rassenjati minħabba s-sitwazzjoni, bit-team tal-Premier League lest li jitilfu bi free transfer.
Il-midfielder ilu player vitali għar-Red Devils minn meta rritorna minn injury ix-xahar li għadda, iżda l-coach personali tiegħu ‘Coach Maddy’ żvela li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 se jkun qed ifittex club ġdid qabel l-istaġun 2022-23.
“Rigward Pogba, fl-aħħar ta’ Ġunju mhux se jibqa’ player ta’ Manchester United,” qal Mandy. “Naħseb li hu tajjeb li jħares x’imkien ieħor, forsi wkoll Manchester United iridu jġeddu lilhom infushom u l-aktar ħaġa sensibbli hija li jċeduh.
“Jasal iż-żmien li nbiddlu u nippruvaw sfidi ġodda, emozzjonijiet ġodda, ambjenti ġodda kemm għal Pogba kif ukoll għal Manchester United, biex nippruvaw xi ħaġa differenti u forsi ż-żewġ naħat ikunu kuntenti.
Juventus u Paris Saint-Germain huma maħsuba li huma l-favoriti biex jakkwistaw lil Pogba, li skorja goal u pprovda disa’ assists fi 22 dehra għal Manchester United dan l-istaġun.