Friday, December 27, 2024

Paul Pogba qed isostni li qed jiġi mhedded minn grupp kriminali … inkluż ħuh!

Aqra wkoll

Paul Pogba wera l-biżgħa u t-tħassib tiegħu billi stqarr li qed jiġi mhedded minn grupp ta’ kriminalitá organizzata.

Il-midfielder ta’ Juventus u Franza ħareġ stqarrija permezz tal-avukati tiegħu fejn sostna li l-każ kien irrappurtat lill-awtoritajiet fejn il-pulizija fetħet investigazzjoni minnufih.

Fil-jiem li għaddew, ħu Pogba, Mathias, poġġa filmati fuq il-media soċjali fejn jwiegħed li jippubblika “rivelazzjonijiet kbar” kontra Paul Pogba.

Mathias innfisu qal li din l-informazzjoni x’aktarx se tkun “missila” mingħajr ma ta aktar dettalji.

L-istqarrija kompliet tgħid li:

“Il-korpi kompetenti fl-Italja u Franza ġew infurmati xahar ilu u mhux se jkun hemm aktar kummenti fir-rigward tal-investigazzjoni li għaddejja.”

Fil-filmati tiegħu, Matthias Pogba qal li d-“dinja kollha, kif ukoll il-partitarji ta’ ħuh, u aktar u aktar dawk tat-team Franċiż u ta’  Juventus, jimmeritahom ikunu jafu ċerti affarijiet.

Huwa sostna wkoll li r-rivelazzjonijiet se jinvolvu wkoll lill-aġent ta’ Pogba, Rafaela Pimenta.

Pogba, f’dan is-sajf ingħaqad ma’ Juventus mingħand Manchester United bħala player ħieles.

Ekonomija

Sport