Hija uffiċjali li l-midfielder Franċiż ta’ Juventus, Paul Pogba, se jitlef it-Tazza tad-Dinja wara li sar magħruf li jrid aktar żmien biex jirkupra minn operazzjoni li saritlu fl-irkoppa.
Dan tħabbar mill-aġenta tiegħu, Rafaela Pimenta, li qalet fi stqarrija:
“Wara r-reviżjoni medika f’Torino u f’Pittsburgh, huwa ta’ dieqa kbira li Paul Pogba se jkollu bżonn ħin ta’ rkupru mill-operazzjoni tiegħu. Għal din ir-raġuni, Paul mhux se jkun jista’ jingħaqad ma’ Juventus f’dan il-perjodu u l-anqas se jkun eliġibbli li jingħaqad mat-team nazzjonali Franċiż hekk kif tliet ġimgħat oħra jingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.”
Min-naħa l-oħra, Pogba għadu ma lagħabx partita waħda għal Juventus mindu ngħaqad magħhom mingħand Manchester United fis-sajf li għadda.