Paul Scholes sejjaħ lill-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba bħala “redikolu” wara t-tkeċċija tiegħu waqt it-telfa ta’ 5-0 kontra Liverpool.
Manchester United ġarrbu waħda mill-aktar jiem umiljanti fl-istorja tagħhom hekk kif ġew megħluba bil-kbir mir-rivali eterni tagħhom, li skorjaw kull wieħed mill-ħames goals tagħhom fl-ewwel 50 minuta tal-partita.
L-affarijiet marru għall-agħar għal United meta Pogba, li kien daħal bħala sostitut fil-mistrieħ, tkeċċa għal foul ikrah fuq Naby Keita wara biss 15-il minuta li kien ilu fil-pitch.
Erbat ijiem wara li kien bassar tali xenarju, Scholes kompla jikkritika l-mentalità tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
Scholes qal: “Li ngħidu li din kienet ġurnata diżappuntanti għar-Red Devils, tkun xi ftit ta’ sottostima. Liverpool kellhom wisq kwalità. Ma naħsibx li kien nuqqas ta’ sforz mill-United; naħseb li tattikament ġew annullati għal kollox minn Liverpool,”
“It-tkeċċija ta’ Paul Pogba għal għal tackle redikola tiġbor il-ġurnata tal-United.”
United jinsabu fis-seba’ pożizzjoni fil-klassifika tal-Premier League, tmien punti ‘l bogħod mil-leaders Chelsea.