Il-plejer żagħżugħ proprjeta’ ta’ Bayern Munich iżda misluf lil FC Heidenheim Paul Wanner qed jinteressa bosta klabbs Ġermaniżi fejn fost l-oħrajn saqsew għalih Bayer Leverkusen, RB Leipzig, Eintracht Frankfurt u VFB Stuttgart.
Wanner għad għandu biss 18-il sena u jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd. Matul dan l-istaġun hu lagħab 13-il logħba ma’ FC Heidenheim u skorja żewġ gowls.