Birkirkara FC ħabbru li temmew b’effett immedjat, ir-relazzjoni tagħhom mal-Kowċ Gianluca Festa u l-Assistant Coach Alessandro Cardini. Dawn it-terminazzjonijiet ġew miftiehma b’mod reċiproku u amikevoli.
Il-Klabb ikkonferma wkoll ir-ritorn tal-Kowċ Paul Zammit, li se jieħu f’idejh it-tim b’effett immedjat. Il-Kowċ Zammit se jkun assistit minn Darren Farrugia, u dan jimmarka r-ritorn ta’ sħubija ta’ kowċing hekk kif qabel huma diġá ħadmu flimkien f’Birkirkara FC.
Birkirkara FC jibqgħu impenjata bis-sħiħ lejn l-objettivi sportivi tagħhom u se jkomplu jaħdmu b’determinazzjoni biex jilħqu il-miri għall-istaġun attwali.

