Saturday, December 21, 2024

Paul Zammit magħżul Coach tax-Xahar ta’ Diċembru

Aqra wkoll

F’Diċembru, Balzan saħħew l-għan tagħhom li jitilgħu mal-aqwa sitt timijiet bi draw mistħoqq ta’ 3-3 kontra t-team diffiċli ta’ Sta Luċija, li kien segwit b’rebħa mill-isbaħ ta’ 2-1 fuq Valletta.

B’kollox, Paul Zammit ikkowċja 406 logħba tal-Premier League fil-karriera tiegħu, it-tieni fil-klassifika ta’ kull żmien f’Malta, wara l-predeċessur tiegħu ta’ Balzan, Mark Miller, b’427.

Zammit irnexxielu jikseb 126 punt f’voti li jittieħed mill-captains tat-timijiet tal-Premier League, team managers, staff tek­niku, u media.

Il-viċi-president tal-Malta FA, Adrian Casha, u Hubert Baldacchino, Brand Manager KIA, (ritratt), ippreżentaw it-trofew ta’ Motors Inc. Coach tax-Xahar għal Diċembru 2021 lil Zammit li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Imwaqqfa fl-2016, Motors Inc. Limited huma d-distributuri uffiċjali tal-Jeep, il-marka emblematika rikonoxxuta mad-dinja kollha. Motors Inc. Limited huma wkoll distributuri lokali ta’ Kia, Alfa Romeo, Fiat, Iveco, Abarth u Hyundai.

Ekonomija

Sport