Sliema Wanderers FC ħabbru li wara diskussjonijiet li saru fi spirtu pożittiv u kostruttiv, il-Klabb u l-Kowċ Paul Zammit qablu b’mod reċiproku li jinfirdu b’effett immedjat.
Huma qalu li din id-deċiżjoni ma ttieħditx b’mod leġġer u komplew li wara konsiderazzjoni bir-reqqa, iż-żewġ partijiet ikkonkludew li dan il-pass kien fl-aħjar interessi tal-Klabb hekk kif ikompli jiffoka fuq l-objettivi sportivi tiegħu u l-viżjoni fit-tul.
Sliema Wanderers FC esprimew l-apprezzament sinċier tagħhom lil Paul Zammit għall-impenn, il-professjonaliżmu tiegħu, u x-xogħol li wettaq matul iż-żmien tiegħu mal-klabb. Huma rringrazzjawh għall-isforzi u d-dedikazzjoni tiegħu, u awgurawlu kull suċċess fl-isforzi professjonali futuri tiegħu.
Sliema ħabbru li aġġornamenti ulterjuri dwar l-istruttura teknika tat-Tim se jiġu kkomunikati fi żmien opportun.



