Tuesday, December 24, 2024

Paul Zammit rebbieħ tal-Motors Inc. Coach tax-Xahar għal Diċembru 2023

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit rebaħ l-unur tal-Motors Inc. Coach tax-Xahar għal Diċembru 2023.

L-eks plejer ta’ Ħamrun Spartans, Rabat Ajax, u Mosta jista’ jiftaħar b’karriera distinta bħala kowċ.

B’431 logħba, huwa l-kowċ bl-aktar partiti tal-Premier League f’ismu.

L-akbar kisbiet tiegħu fil-karriera tiegħu s’issa jinkludu r-rebħ tal-kampjonat (4): 2007/08, 2015/16 (Valletta), 2009/10, 2012/13 (Birkirkara), rebbieħ tal-FA Trophy fl-istaġun 2014/15 ma’ Birkirkara, ukoll erba’ darbiet rebbieħ tas-Super Cup fl-2008 u 2016 ma’ Valletta), u fl-2013 u l-2014 mexxa lil Birkirkara.

Matul l-istaġun li għadda huwa mexxa lil Sliema Wanderers biex ġew inkurunati rebbieħa taċ Challenge League, u promozzjoni lura fil-Kampjonat Premier, fejn s’issa qed igawdu minn kampanja pjuttost impekkabbli.

Matul Diċembru, Sliema Wanderers bil-kowċ Paul Zammit fit-tmun kienu fl-azzjoni tliet darbiet, fejn ħarġu dejjem rebbieħa, kontra Hibernians u Balzan (it-tnejn 1-0), u rebħa komda ta’ 4-1 fuq Naxxar Lions. Il-kowċ Paul Zammit ġie ppreżentat b’dan il-Premju bħala Coach tax-Xahar ta’ Motors Inc. għal Diċembru minn Kia Brand Manager, Hubert Baldacch

Ekonomija

Sport