Saturday, October 26, 2024

Paulo Bento jirriżenja minn coach tal-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Paulo Bento rriżenja mill-kariga tiegħu bħala coach tal-Korea t’Isfel wara t-telfa tagħhom kontra l-Brażil bl-iskor ta’ 4-1.

Bento, 53 sena, ilu fit-tmexxija ta’ dan it-team mill-2018.

Huwa rebaħ 35 mis-57 partita tiegħu fit-tmexxija, iżda l-Korea t’Isfel sofriet telfa umiljanti fir-round tal-Aħħar 16 ta’ din l-edizzjoni biex sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja. 

Wara din l-eliminazzjoni, Bento qal: “Għadni kif informajt lill-players u lill-president tal-federazzjoni li din hija deċiżjoni li ħadt f’Settembru.

“Kont ilni nikkunsidra li wara din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ma nibqax fit-tmexxija tat-tema. Irrid nirringrazzja lil kulħadd tal-għajnuna li sibt biex stajt immexxi lil dan it-team.”

Huwa żied jgħid: “Għandi bżonn il-mistrieħ u għaldaqstant l-FA Koreana trid tfittex is-suċċessur tiegħi.”

Huwa kellu kliem ta’ tifħir għall-Brażiljani: “Irridu nifirħu lill-Brażil għax kienu aħjar minna. Nemmen li huma se jgħollu dan it-trofew tant prestiġjuż. Kienet diffiċli għalina biex inlaħħqu magħhom wara li skorjaw żewġ goals kmieni.

Bento sar ir-raba’ coach li ħalla xogħlu  fit-Tazza tad-Dinja wara r-riżenja ta’ Roberto Martinez (Belġju), Gerardo Martino (Messiku) u Otto Addo (Ghana).  

Sport