Saturday, March 22, 2025

Paulo Dybala jirċievi messaġġi ta’ kuraġġ

Aqra wkoll

Il-plejer internazzjonali Paulo Dybala rċieva bosta messaġġi ta’ simpatija wara l-injury gravi li se jġiegħlu jagħmel operazzjoni oħra. Fost l-ewwel messaġġi li rċieva kien dak ta’ sieħbu Leandro Paredes, li kiteb fuq il-midja soċjali u anke l-kollega Alexis Saelamakers li faħħru l-professjonalitá li dejjem wera l-plejer mill-Arġentina.

Ġest sabiħ ukoll mill-Athletic Club – l-avversarju ta’ Roma fir-round ta’ 16 tal-Europa League – li bagħtu dan il- messaġġ lil La Joya: “Kuraġġ Paulo. Awguri u fejqan ta’ malajr!”. Dan kien meqjsu bħala messaġġ kbir ta’ sportività kbira mill-klabb Bask, li jingħaqad mal-appoġġ għaċ-champion Giallorossi.

Dybala għandu 31 sena u skorja 31 gowl f’77 logħba mal-Giallorossi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport