Tuesday, September 24, 2024

Paulo Dybala se jitlaq lil Roma?

Aqra wkoll

Tliet klabbs Inglżi li wieħed minnhom hu Chelsea u xi timijiet mill-Arabja Sawdija jinsabu interessati fis-servizzi tal-attakkant Paulo Dybala. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab f’vaganza f’Ibiza fi Spanja mal-partner Oriana u ma’ sieħbu Angel di Maria li jrid imur ma’ Benfica. 

Dawn il-klabbs jidher li lesti jħallsu l-klawsola li hemm fil-kuntratt ma’ Roma ta’ €12-il miljun.

Minkejja kollox, kritiċi tal-futbol Taljan qed jarawha ferm diffiċli li Roma se jċedu lil dan il-ġojjell li skorja 12-il gowl minn 25 logħba fl-ewwel staġun tiegħu mal-Giallorossi.

Sport