Sunday, December 22, 2024

Pazjenti bi bżonn urġenti tal-kura tal-kanċer se jintbagħtu Ruma

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Maltin għaddejjin bl-arranġamenti meħtieġa biex il-pazjenti li jeħtieġu b’mod urġenti s-servizz tar-radjoterapija jieħdu l-kura barra minn Malta sakemm jissewwew il-ħsarat tekniċi li żviluppaw fil-linear accelerators tal-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Permezz ta’ dawn l-arranġamenti, seba’ pazjenti li għandhom bżonn urġenti tar-radjoterapija, se jħallu Malta lejn Ruma biex jieħdu dan is-servizz hemmhekk. Grupp ta’ pazjenti ieħor se jitlaq minn Malta l-Ħamis. Barra minn hekk, il-Gvern se jħallas ukoll għal persuna waħda li tista’ takkumpanja lill-pazjenti.

Bħalissa, professjonisti mill-Isptar Mater Dei qed jitkellmu ma’ kull pazjent b’mod individwali li jużaw dan is-servizz.

Għaddejja wkoll ħidma biex tissewwa l-ħsara li nqalgħet, anki bis-sehem ta’ professjonisti tekniċi minn barra ’l pajjiż. Il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li b’rabta ma’ dan il-każ twaqqaf bord ta’ inkjesta interna biex jiġi stabbilit x’wassal għal din il-ħsara u li din hija l-ewwel darba li saret ħsara teknika ta’ dan it-tip.

Ekonomija

Sport