Amerikan ta’ 44 sena, Jacob Ewing, qabad aruplan u mar Wales biex “jiżżewweġ” adoloxxenti ta’ 15-il sena li ltaqa’ magħha online.
Ir-raġel inqabad mill-awtoritajiet armat fost l-oħrajn b’sikkina u ngħata sentenza ta’ seba’ snin ħabs.
Huwa kien arrestat fl-ajruport ta’ Cardiff meta uffiċjali sabu ritratti inkwetanti inkluż stupru ta’ tarbija. Fuqu nstabu wkoll ċrieket taż-żwieġ li l-predatur kien beħsiebu juża bħala siġill tar-relazzjoni tiegħu mal-minuri.