Każ ta’ pedofelu qajjem għadd ta’ reazzjonijiet u dan hekk kif sar magħruf li dan il-pedofelu kien jabbuża minn tifla meta din kellha bejn 6 u 11-il sena. Qabel jabbużaha hu kien joqgħod jilgħab il-karti magħha.
Michael Carr, kien jabbuża minn din il-tifla b’mod ripetut. Hu kien jibda l-ewwel billi jilgħab il-karti magħha u meta titlef kien jgħidilha biex tinża ħwejjiġha. Qabel jabbuża kien jgħidilha toqgħod tiżfen quddiemu.
Fil-Qorti quddiem il-familjari ġie spjegat kif kien isir l-abbuż, b’membri tal-familjari isegwu. Hu ingaħta sentenza ta’ tmien snin ħabs.
L-Imħallef David Swinnerton qal lil Carr li “inti llum għandek 59 sena. Qatt ma kont ħati ta’ xi ħaġa oħra qabel. Dan juri li inti kont qed tgħix f’gidba għal 30 sena. In-nies kienu jaħsbuk li inti ta’ karattru tajjeb.”
Hu qal li Carr kien issesswalizza logħob tat-tfal u dan biex jabbużaha. L-imħallef qal li dak li sar kellu effett devastanti fuq ħajjet it-tifla.