Il-winger Portugiż, Pedro Neto, iffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Wolves u b’hekk kien hu li ta rigal lill-club f’għeluq it-22 sena tiegħu wara li kien ilu barra għal 10 xhur wara injury fit-tul f’irkopptu.
Dan huwa għamlu f’inqas minn tliet ġimgħat li reġa’ beda jilgħab bil-kuntratt li ffirma se jibqa’ sejjer sas-sena 2027.
Mindu ngħaqad mal-club fl-2019, Neto kiber fil-ground u barra, sar internazzjonali Portugiż u fl-istaġun ta’ wara rebaħ l-unur ta’ Player tas-Sena 2020-21 tal-club.
Huwa kien involut direttament fi 11-il goal fil-Premier League nklużi dawk tar-rebħa kontra Chelsea u Southampton tant li ġie ppremjat billi ġie magħżul għall-ewwel darba mill-Portugall u skorja l-ewwel goal tiegħu kontra Andorra.
“Din hija aħbar kbira għall-club u għal Pedro. Huwa premju mistħoqq għalih, huwa rritorna mill-injury fejn għamel ħafna xogħol iebes biex jirritorna, u għalhekk hija tajba għal kulħadd,” qal d-direttur tekniku ta’ Wolves, Scott Sellars.