Minkejja li Arsenal għamlu dak kollu possibbli fit-tentattiv biex jiffirmaw lill-midfielder offensiv tal-Portugall, Pedro Neto, Wolves ħabbru li mhux se jċeduh minħabba li jinsab fil-pjani tal-coach, Bruno Lage.
Il-Gunners kienu lesti li joffru £50 miljun għal dan il-player ta’ 22 sena biex jixħet pressjoni fuq Bukayo Saka wara li ma rnexxielhomx jiffirmaw lil Raphinha ta’ Leeds United li ngħaqad ma’ Barcelona.
Stqarrija tal-club kienet tgħid li bil-wasla ta’ Goncalo Guedes u Matheus Nunes, ħafna ħasbu li Wolves kienu se jneħħu xi players. Iżda dawn il-players ġew iffirmati biex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra.