Il-leġġendarju Brażiljan, Pele, tneħħielu tumur fil-musrana b’suċċess.
Rapporti sostnew li l-ex player ta’ Santos u New York Cosmos, li għandu 80 sena, kien ilu l-isptar għal din l-aħħar ġimgħa.
Nhar is-Sibt li għadda huwa stess kiteb fuq il-media soċjali li kienet se ssirlu operazzjoni serja.
Huwa qal: “Fortunatament, jien imdorri niċċelebra rebħiet kbar flimkien miegħek,” qal ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet.
“Se niffaċċja din il-partita bi tbissima fuq wiċċi, b’ħafna ottimiżmu u ferħ għall-ħajja.”
Ħamest ijiem ilu, Pelé ċaħad rapporti li kien ħassu ħażin u kellu “eżamijiet ta’ rutina”.
Huwa rringrazzja lil kulħadd b’mod speċjali lill-kirurgi Fabio u Miguel li qed jieħdu ħsieb saħħtu.