Sunday, November 24, 2024

Pelé joħroġ mill-isptar

Aqra wkoll

Il-leġġendarju Brażiljan, Pelé, ħareġ mill-isptar wara li ngħata l-kura għal tumur fil-musrana.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet, li għandu 81 sena, f’Settembru sartitlu operazzjoni biex jitneħħilu t-tumur, u dak iż-żmien l-isptar qal li kien jeħtieġ ukoll li jieħu l-kimoterapija.

L-Isptar ta’ Sao Paulo, Albert Einstein, qal li Pelé kien “stabbli” u se “ikompli l-kura”.

Pelé huwa l-aqwa skorer tal-Brażil b’77 goal fi 92 logħba.

Huwa kien ilu jieħu l-kura l-isptar mill-31 ta’ Awwissu wara li t-tumur instab f’testijiet ta’ rutina.

Is-saħħa ta’ Pelé kienet ta’ tħassib f’dawn l-aħħar snin. Huwa kellu kirurġija tal-prostata fl-2015 wara li ddaħħal l-isptar għat-tieni darba f’sitt xhur, u reġa’ kien hemm għal infezzjoni fl-urina fl-2019.

L-eks attakkant meraviljuż huwa wieħed minn erba’ players biss li skorja f’erba’ tournaments tat-Tazza tad-Dinja, bl-oħrajn ikunu l-Ġermaniżi Uwe Seeler u Miroslav Klose, u l-Portugiż, Cristiano Ronaldo. Iżda huma l-uniku wieħed li rebaħha tliet darbiet. 

Sport