Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli fil-festa ta’ Santa Marija

Aqra wkoll

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar is-Sibt 15 ta’ Awwissu 2026 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

L-inizjattiva qed tittieħed għad-disa’ darba minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha, li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.  

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.15 a.m.  Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-09.45 a.m.  Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira.  Is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11.00 a.m.

Din is-sena, din l-inizjattiva se tkun ta’ sostenn u għajnuna għall-Fondazzjoni RISe fil-ħidmiet varji li twettaq ma’ persuni li jkunu waslu biex joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan isir billi fil-bidu u fi tmiem il-pellegrinaġġ, min jixtieq jista’ jħalli donazzjoni għal dan il-għan u b’hekk l-inizjattiva hi wkoll waħda ta’ solidarjetà.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport