Sunday, March 8, 2026

Pellegrinaġġ Nazzjonali Djoċesan bix-Xbieha Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur fl-Isla 

Aqra wkoll

Il-Parroċċa tal-Isla tixtieq tinforma lill-publiku li nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu fis-6.00 p.m. ser isir il-Pellegrinaġġ Nazzjonali Djoċesan bix-Xbieha Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur.

Dan il-pellegrinaġġ ta’ talb u devozzjoni qed jiġi organizzat fil-kuntest tal-mixja spiritwali tar-Randan u ser ikun immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna. Wara l-pellegrinaġġ issir Quddiesa Solenni fil-Bażilika.

Ix-xbieha devota u mirakoluża ta’ Ġesù Redentur meqjuma ġewwa l-Isla tmur lura lejn is-sena 1742 u hija kapolavur tal-artist malti Saverio Laferla. Hija waħda mill-aktar xbiehat għeżież fil-gżejjer Maltin. Tul is-snin, eluf ta’ pellegrini żaru l-Bażilika tal-Belt Senglea biex jitolbu quddiem din ix-xbieha venerata li tfakkarna fil-misteru tal-passjoni tal-Mulej, speċjalment fil-ġranet qaddisa tar-Randan u tal-Ġimgħa Mqaddsa.

F’dan il-jum, il-ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika tal-Belt Senglea ser ikunu:

• 7.00 a.m.
• 8.30 a.m.
• 10.00 a.m.
• 5.00 p.m.
• 7.00 p.m.

Bħala tħejjija għal dan il-jum ta’ grazzja u pellegrinaġġ, il-Bażilika ser tkun miftuħa għat-talb u għall-pellegrini bejn it-Tnejn 9 ta’ Marzu u l-Ħamis 12 ta’ Marzu fil-ħinijiet li ġejjin:

• 6.45 a.m. – 11.30 a.m.
• 4.15 p.m. – 8.00 p.m.

Il-pubbliku huma mistieden jattendi u jingħaqqad f’dan il-mument ta’ talb u devozzjoni lejn Ġesù Redentur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport