Aktar kmieni dan is-sajf, il-gruppi ta’ Pembroke u St Joseph Sliema Ranger Guides ingħaqdu flimkien għal avventura li ma tintesiex fi Sqallija. Il-grupp kien jikkonsisti f’ erba’ voluntiera adulti u ħdax-il tfajla ta’ bejn it-13 u t-18-il sena.
Dan il-kamp kien l-ewwel vjaġġ barra minn Malta għar-Rangers ta’ Pembroke u l-ewwel kamp konġunt bejn il-Units ta’ Pembroke u St Joseph Sliema, it-tnejn parti mill-Girl Guides tad-Distrett ta’ Tramuntana.
Ambjentat fl-isfond tal-muntanji Madonie, il-kamp offra ċans lit-tfajliet biex jingħaqdu bejnietom, jikbru u jesploraw lil hinn mill-gżejjer Maltin. Il-bażi tagħhom għall-vjaġġ kienet Pippa’s Paddock, razzett fil-belt żgħira ta’ Alia, fil-Lbiċ ta’ Palermo. Imdawwar bil-muntanji, in-natura, u ż-żwiemel, il-post ta’ kampeġġ offra rtir ta’ mill-jiem ippakkjati bl-azzjoni li qattgħu ir-rangers biex jesploraw ir-reġjun.
Il-grupp żar uħud mill-aktar bliet pittoreski ta’ Sqallija, fosthom Noto, Modica, Ortygia, u Polizzi Generosa. Kull waħda minnhom toffri taħlita unika ta’ storja, kultura, u sbuħija. Il-ġranet imtlew b’mixjiet, skoperti kulturali, u inkontri delizzjużi mal-kċina tradizzjonali ta’ Sqallija speċjalment il-famużi kannoli, li malajr saru l-favoriti tal-grupp.
Favorita ma’ ħafna kienet żjara f’park tal-avventura fil-qrib, fejn it-tfajliet esploraw il-limiti tagħhom fuq korsijiet ta’ ħbula għoljin u ziplines. Għal xi wħud, kien ifisser li tegħleb il-biża’ mill-għoli. L-ambjent tal-foresta sar saħansitra iktar maġiku meta tfaċċa volpi kurjuż waqt barbikju, u dan għamel il-lejla iktar maġika.
It-tfajliet ser jibqgħu jiftakru wkoll il-mawra fil-banjijiet tal-kubrit. Fil-bidu iddejqu jaqbżu fl-ilmijiet mimlija tajn imma malajr gawdew l-esperjenza u apprezzaw l-effetti tal-ilma rikk fil-minerali fuq il-ġilda tagħhom.
Jum ieħor rilassanti tqatta’ f’għadira, fejn il-parteċipanti ħadu gost jgħumu, marru canoeing, u jirkbu id-dgħajjes fix-xemx u ambjent paċifiku.
L-ikel kellu rwol ċentrali fl-avventura. Minn ikliet ġenerużi fi produtturi lokali li fihom irkotta, salami, ġobnijiet, u żejt taż-żebbuġa magħmula friski, sa platti tal-għaġin u ħelu li ma jispiċċaw qatt. L-ospitalita’ ta’ l-Sqallin spikkat ma’ kull ikla. Sa nofs il-vakanza, il-grupp kien diġa’ qed jiċċajta dwar kemm kienu qed jieklu imma ħadd ma kien qed igerger!
It-tfajliet ser jibqgħu jiftakru il-ħbiberija li żviluppat malajr fost il-parteċipanti. Ħbiberiji ġodda fjorrixewu, u l-ħidma f’tim fost il -mexxejja żgura li kollox mexa ħarir. It – taħlita t’ avventura, tagħlim, u konnessjoni għamlet il-kamp esperjenza verament trasformattiva.
Malajr wasal iż-żmien biex il-grupp jerġa’ lura Malta. Imma l-memorji ta’ pajsaġġi sbieħ, ikliet tajba mimlijin daħk, ħbiberiji ġodda, u l-ispirtu ta’ avventura se jibqgħu mal-grupp għal snin li ġejjin.