Thursday, September 4, 2025

Penalty fil-ħin miżjud jisraq lill-Maltin minn rebħa

Aqra wkoll

Litwanja.…………. 1

Malta………………. 1

Malta kisbet it-tieni punt tagħha fi Grupp G tal-Round ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026 meta ġiet fi draw ta” 1-1 mal-Litwanja f’ Kaunas.

Punt li setgħu kienu tlieta meta wieħed iqis lit-team Malti mar minn fuq tard fil-partita u kellu jkun penalty sitt minuti fil-ħin miżjud li ta lil-Litwanja d-draw.

De Leo kien sfurzat jagħmel diversi bidliet mill-aħħar logħba minħabba li Matthew Guillaumier kien sospiż waqt li Ryan Camenzuli, James Carragher u Teddy Teuma kienu mweġġa’ waqt li Gabriel Mentz ma kienx fl-aħjar kundizzjoni tiegħu u beda fuq il-bank tas-sostituti. Il-Malti Awstraljan Jake Brimmer, li kien mistenni jagħmel l-ewwel dehra tiegħu ukoll baqa’ barra wara li weġġa’.

Bonello beda bejn il-lasti, Muscat, Shaw, Pepe u Beerman fuq wara, Satariano u Paiber quddiem id-difiża, Joseph Mbong u Chouaref mal-linji b’ Paul Mbong u d-debuttant Irvin Cardona fl-attakk.

Wara biss żewġ minuti Gvidas Gineitis li daħal tajjeb mix-xellug imma ttentattiv tiegħu mill-viċin ġie mblukkat minn Bonello. Malta rrispondiet b’ xutt cross ta’ Ilyas Chouaref li ġie salvat minn Gertmonas fis-sitt minuta. Mal-kwarta logħob, Paulauskas ittanta xortih b’ konklużjoni minn tarf il-kaxxa wara li rċieva mingħand Gineitis imma Bonello salva tajjeb. Bonello reġa’ kien deċiżiv meta salva tajjeb fuq freekick mix-xellug ta’ Gineitis fil-31 minuta waqt li żewġ minuti wara, wara azzjoni tajba bejn numru ta’ players, Cardona għadda l-ballun lil Joseph Mbong li xxuttja ftit għoli.

Fis-37 minuta minn pass ta’ Chouaref, Paul Mbong kellu xutt minn tarf il-kaxxa mblukkata minn Gertmonas  bil-ballun jasal għand Satariano li ra d-daqqa  ta’ ras tiegħu maqlugħa minn fuq il-linja minn difensur. Xutt cross ta’ Paiber ġie salvat mill-goalkeeoer Litwan biex minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, dan reġa salva tajjeb fuq konklużjoni ta’ Paul Mbong mid-distanza.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima, Alex Satariano resaq viċin b’ xutt b’ saħħtu minn barra l-kaxxa wara li rċieva mingħand Paul Mbong. Irvin Cardona wara li rċieva ballun tajjeb minn Chouaref kellu xutt angolat li falla l-mira bi ftit fis-57 minuta.

Malta tilfet ċans tad-deheb li tmur minn fuq fil-71 minuta meta minn pass ta’ Paul Mbong, Alex Satariano bil-goalkeeper biss quddiemu laqat ħażin. Żewġ minuti wara konklużjoni ta’ Satariano minn tarf il-kaxxa għaddiet ftit barra.

Seba” minuti mit-tmiem, il-Maltin marru minn fuq. Adam Magri Overend għadda ballun tajjeb mil-lemin u ALEXANDER SATARIANO millviċin ma żbaljax.

Mintu fuq il-ħin, Malta spiċċat tilgħab b’ għaxar players meta Jke Azzopardi ġie mkeċċi mir-refwree Kruashvili għal daħla kerha fuq Janskausnas wara li kkonsulta l-VAR.

Sitt minuti fil-ħin miżjud, il- Litwanja ingħatat penalty hekk kif Zach Muscat ġie ġġudikat li waqqa’ lil Utkas fil-kaxxa b’ GVIDAS GINEITIS ma jfallix mill-11-il metru.

Edgaras Utkus tkeċċa għal-Litwanja fid-99 minuta meta rċieva t-tieni karta safra.

Litwanja: 1-Edvinas Gertmonas, 2-Artemijus Tutyskinas, 3-Edgaras Utkus, 4-Edvinas Girdvainis, 6-Modestas Vorobjovas (11- Romualdas Jansonas 76’), 7-Artur Dolznikov (17- Eligijus Jankauskas 46’), 9-Gytis Paulauskas, 10-Gratas Sirgedas (22-Paulius Golubauskas 68’), 13-Justas Lasickas, 15-Gvidas Gineitis, 19-Klaudijus Upstas Tomas Kalinauskas 69’). Coach: Edgaras Jankauskas

Malta: 1-Henry Bonello, 5-Kurt Shaw, 7-Joseph Mbong (3-Adam Magri Overend 74’), 8-Paul Mbong (19-Jodi Felice Jones 74), 9-Ilyas Chouaref, 11-Irvin Cardona (17-Jake Azzopardi 86”), 13-Enrico Pepe, 15-Myles Beerman (21-Juan Corbalan), 20-Brandon Paiber (10-Jake Grech 64’), 22-Zach Muscat, 23-Alexander Satariano. Coach: Emilio De Leo

Referee: Giorgi Kruashvili (ĠEO)

Ass. Referees: Levan Varamishvili, Zaza Pipia (ĠEO)

Raba’ Uffiċjal: Goga Kikacheishvili (ĠEO)

Skorers: 83” Alexander Satariano (M), 90+6’ Gvidas Gineitis pen (L)

Ammoniti: A. Satariano, P. Mbong, A. Tutyskinas, K. Shaw, M. Beerman, A. Dolznikov, M. Vorobjovas, E. Utkus, Z. Muscat, J. Grech

Mkeċċi: 90+1’ Jake Ażżopardi, 90+9’ Edgaras Utkus

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport