Saturday, November 23, 2024

Penalty jagħti rebħa lil Arsenal fuq Crystal Palace

Aqra wkoll

Penalty skorjat mill-captain Martin Odegaard ta rebħa ta’ 1-0 fuq Crystal Palace minkejja li lagħbu l-aħħar 20 minuta bi player inqas. 

Fit-53 minuta, Eddie Nketiah twaqqa’ minn Sam Johnstone wara free-kick ta’ Gabriel Martinelli, b’Odegaard jibgħat lill-goalkeeper fuq in-naħa l-ħażina. 

Sa dak il-ħin it-team immexxi mill-coach  Mikel Arteta deher komdu, iżda mbagħad bdiet tikber il-pressjoni fuq il-Gunners wara li, fis-s67 minuta, id-difensur xellugi Takehiro Tomiyasu ġie muri l-karta ħamra għal żewġ ammonizzjonijiet.

Huwa ntwera l-ewwel karta safra wara li  dam wisq biex jagħti throw-in u t-tieni ingħatat għal foul fuq Jordan Ayew f’nofs il-ground minkejja li deher li ftit kien hemm kuntatt.

B’hekk Arsenal jingħaqdu ma’ Brighton u Manchester City b’sitt punti minn żewġ logħbiet, filwaqt li l-Palace naqsu milli jibnu fuq ir-rebħa tagħhom tal-ftuħ fuq Sheffield United.

Sport