Zebbug R…………….0
Floriana……………….1
Kellu jkun penalty ta’ Oualid El Hasni fil-65 minuta li ta tliet punti prezzjużi lil Floriana f’rebħa minima ta’ 1-0 li huma kisbu fuq Zebbug Rangers – u dan għalkemm lagħbu bi player inqas għal aktar minn siegħa.
Wara biss minuta, Lorenzo Trillo indirizza cross lejn Kemar Reid, b’dan tal-aħħar iżda jkollu x-xutt tiegħu li jintemm barra.
Il-Greens qalgħu daqqa ta’ ħarta fil-31 minuta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Fernando Juarez li ntwera mill-ewwel il-karta l-ħamra wara li kkommetta foul ikrah fuq Shaun Bugeja.
Fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Lorenzo Trillo xeħet cross lejn Kemar Reid li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzoopardi.
Il-Greens komplew fuq l-offensiva u fis-46 minuta Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Carlo Zammit Lonardelli li kellu x-xutt tiegħu salvat minn Azzopardi.
Fil-65 minuta, Floriana rebħu penalty meta Wilker Rocha Santos waqqa’ lil Jan Busuttil fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu OUALID EL HASNI, li ma żbaljax.
Minkejja li ż-Żebbuġin ipprovaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni, il-Furjaniżi għarfu jżommu l-vantaġġ minkejja li kienu f’inferjoritá numerika.
Zebbug R. 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida, 5-Travis Bartolo (Shamison Buttigieg 82), 6-Wilker, 7-Yanis Tonna (19-Glen Mifsud 61), 8-Ayrton Mizzi (20-Jordan Sciberras 82), 11-Charles Ngoy Lokoli (22-Gaetano Gesualdi 46), 15-Roberto Enrique Sanchez, 18-Almir de Jesus (23-Kurt Bondin 55), 21-Stanimir Miloskovic Coach: Brian Spiteri
Floriana: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Kemar Reid (7-Mattia Veselji 82), 10-Jose Ulises Arias (11-James Scicluna 90), 16-Ezequiel Juarez, 17-Owen Spiteri, 21-Carlo Zammit Lonardelli (22-Kyrian Nwoko 62), 24-Lorenzo de Grazia, 25-Lorenzo Trillo, 30-Jan Busuttil (5-Zachary Cassar 82), 77-Aleandro Garzia (2-Adam Magri Overand 82) Coach: Gianluca Atzori
Referee: Matthew de Gabriele
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri
Skorers: O. El Hasni pen. 65 (F)
Tkeċċa: F. Juarez 31 (F)
Ammoniti: R. E. Sanchez, G. Gesualdi, T. Bartolo (Z), K. Reid (F)
Player tal-Logħba: Kemar Reid (Floriana)