Friday, November 15, 2024

Penalty ta’ Maxuell Maia jikkastiga lil Sirens

Aqra wkoll

Gzira U.…………….1

Sirens………………0

Kellu jkun goal minn penalty kmieni fil-partita eżattament wara seba’ minuti permezz tal-iskorer prolifiku Brażiljan Maxuell Maia li ta tliet punti prezzjużi lil Gzira United hekk kif huma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Sirens.

Kienu Gzira li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Jefferson De Assis ġiet salvata f’darbtejn minn Matthew Grech.

Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti wara rebħu penalty meta l-goalkeeper ta’ Sirens Matthew Grech waqqa’ lil Jefferson De Assis fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkarigu ruħu MAXUELL MAIA li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fit-43 minuta, wara li rċieva minn corner ta’ Steve Pisani, Luke Tabone, kellu daqqa ta’ ras mill-viċin li ġiet salvata mingħajr wisq diffikultá minn Matthew Grech.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maroons komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fil-50 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Maxuell Maia ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Matthew Grech.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Maroons u ħames minuti wara Maxuell Maia kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali salvat b’diffikultá minn Matthew Grech.

Gzira komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (98-Jackson Mendoza 62), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (11-Lucas Ribeiro De Oliveira 72), 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Sirens: 24-Matthew Grech, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Ayo Armah Vaikainah, 25-Paulo Bento De Vale, 27-Ivan Kolev, 31-Degran Jackson, 38-Stephane Sessegnon, 92-Andreas Vella (22-Alex Cini 78) Coach: Winston Muscat

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Duncan Sultana, Edward Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: M. Maia 7 (G)

Ammoniti: M. Cosic, Z. Scerri (G), S. Sessegnon, A. A. Vaikainah (S)

Player tal-Logħba: Maxuell Maia (G)  

Ekonomija

Sport