Thursday, November 14, 2024

Pensjonant mixli li xerred filmat ta’ tifla ta’ 9 snin qed tiġi stuprata

Aqra wkoll

Publius Said ta’ 73 sena nżamm arrestat wara li fl-aħħar ħinijiet tressaq il-Qorti mixli li bgħat filmati ta’ raġel jistupra tifla fuq Facebook.

L-anzjan li jgħix San Pawl il-Baħar wieġeb mhux ħati tal-akkużi fosthom li f’Novembru tas-sena l-oħra u fix-xhur ta’ qabel, kellu u xerred materjal indeċenti li fih tidher persuna taħt id-9 snin.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużi jsegwu rapport ta’ ħidma konġunta bejn għaqda mhux governattiva Amerikana u l-Europol.

Dawn sabu filmati fuq Facebook li xi ħadd kien bgħat 4 filmati li fihom jidher raġel ikollu x’haqsam ma’ tifla minuri u anke kien qed jistupraha.

Minn investigazzjoni tal-Pulizija Maltija rriżulta li r-raġel li allegatament bagħat dawn il-filmati kien l-akkużat u arrestatu.

Fil-qorti ntqal li nfetħet inkjesta fejn l-esperti fl-IT qed janalizza l-midja soċjali tal-akkużat u anke affarijiet oħrajn li kellu fuq il-kompujter.

Id-difiża oġġezzjonat għall-fatt li ġie arrestat bil-Magistrat Charmaine Galea tgħid li r-reat hu serju u jġorr sa 9 snin ħabs.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni toġġezzjoni bil-qawwi. Il-prosekuzzjoni qalet li Said mhux ta’ min joqgħod fuqu u hemm materjal fuq il-kompjuter li għad irid jiġi analzzat.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat qal lill-pulizija li investigawh li ma jgħaddix mingħajr Facebook u ħajtu hi mdawra mal-midja soċjali.

Min-naħa tagħha, id-difiża qalet li l-akkużat huwa anzjan, li ma hemmx xhieda pajżana x’jixhdu u li l-kompjuters ġew iffriżati.

Il-Maġistrat Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u anke t-talba tad-difiża biex ma isem l-akkużat ma joħroġx fil-pubbliku.

Ekonomija

Sport