Thursday, February 20, 2025

Penthouse tinħakem minn nirien f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Residenti fi blokka ta’ appartamenti fi Triq San Pawl il-Baħar, f’San Pawl il-Baħar kellhom jiġu evekwati minħabba nirien li ħakmu l-penthouse.

Il-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani qal lil dan is-sit li ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ.

Rapport fil-midja qegħdin jgħidu li kien għall-ħabta tat-3.00am meta l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jikkontrollaw xi nirien. Dak il-ħin, in-nrien ġew ikkontrollati, iżda għall-ħabta tas-7.00am reġgħet saret sejħa oħra minħabba li n-nirien reġgħu tkebbsu.

Bħalissa fuq il-post hemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Jidher li n-nirien huma taħt kontroll.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport