Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, huwa rrappurtat li għandu l-intenzjoni li jibqa’ fl-Etihad Stadium sa tmiem l-istaġun 2024-25.
Meta Jurgen Klopp iffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Liverpool ix-xahar li għadda, l-ispekulazzjonijiet intensifikati dwar jekk Guardiola kienx se jfittex li jagħmel l-istess bit-termini attwali tiegħu li kellhom jiskadu fi tmiem l-istaġun li ġej.
L-Ispanjol irrifjuta li jagħti ħafna dettalji pubblikament, u indika biss li jibqa’ kuntent fil-pożizzjoni tiegħu, iżda jidher li l-manager ta’ 51 sena jrid jibqa’ fit-tmxxija tas-City fit-tul.
Huwa mifhum li Guardiola diġà qal liċ-chairman Khaldoon Al-Mubarak li m’għandu l-ebda pjan li jitlaq mill-club għal numru ta’ snin.
Filwaqt li Guardiola rebaħ tmien unuri maġġuri mill-wasla tiegħu fl-2016, City għadhom qed jistennewh jirbaħ Champions League, bil-club esperjenza diżappunt kbir aktar kmieni din il-ġimgħameta ġie eliminat minn Real Madrid li għamluha sal-finali.
Jidherli Guardiola huwa determinat li jirbaħ unur maġġuri fit-tmun tas-Citizens qabel iħalli l-club.