Sunday, November 10, 2024

Pep Guardiola jiddefendi lil players tiegħu wara lejla ta’ divertiment fiċ-ċentru ta’ Manchester

Aqra wkoll

Pep Guardiola iddefenda lit-trio ta’ Manchester City Jack Grealish, Riyad Mahrez u Kyle Walker, wara lejla ta’ divertiment fiċ-ċentru ta’ Manchester, nhar il-Ħadd.

Filmat li ġie ppublikat fuq TikTok wera lil Grealish, Mahrez u Walker barra l-Albert’s Scholls, fejn persuni sostnew li tal-ewwel tmexxa ‘l bogħod mill-bar minn persuna oħra għax kien ‘wisq fis-sakra’.

Membri tal-ġerarkija tas-City huma maħsuba li huma sodisfatti bl-imġieba tat-tliet players, u minn dak iż-żmien Guardiola ċċajta li huma kollha se jiġu ‘mmultati’ talli ma stidnuhx!

“Inħossni rrebjat ħafna għax ma stidnunix! Il-filmat ma weriex x’ġara jew ma ġarax,” qal l-Ispanjol.

“Kollha kemm huma kienu perfetti, iżda se jiġu mmultati għax ma stidnunix. F’dan il-każ, iva gejt trattat b’mod inġust”, kompla jiċċajta.

Matul il-perjodu tal-Milied, Guardiola wissa lill-players tiegħu dwar l-imġieba tagħhom wara li Grealish u Phil Foden dehru f’diskoteka flimkien ftit wara r-rebħa ta’ 7-0 kontra Leeds United fl-14 ta’ Diċembru.

Grealish, Mahrez u Walker huma kollha lesti li jkunu disponibbli biex jilagħbu f’darhom kontra Brentford, iżda Guardiola żvela li Gabriel Jesus u Cole Palmer se jkunu barra mil-logħob u se jkunu evalwati aktar qabel tmiem il-ġimgħa.

Sport