Pep Guardiola wissa lill-players tiegħu ta’ Manchester City dwar l-aġir tagħhom matul il-perjodu tal-Milied, wara lejla ta’ tbaħrit minn Phil Foden u Jack Grealish nhar it-Tlieta.
Pep Guardiola wissa lill-players tiegħu ta’ Manchester City dwar l-aġir tagħhom matul il-perjodu tal-Milied, wara lejla ta’ tbaħrit minn Phil Foden u Jack Grealish nhar it-Tlieta.
Foden u Grealish it-tnejn dehru f’nightclub flimkien ftit wara li lagħbu d-90 minuta sħaħ fir-rebħa ta’ 7-0 ta’ Man City f’darhom kontra Leeds United.
Iż-żewġ players sussegwentement tneħħew mill-formazzjoni inizjali għar-rebħa ta’ 4-0 tas-Citizens barra minn darhom kontra Newcastle United nhar il-Ħadd, bi Guardiola jiddikjara li ma kinux mistrieħa u li n-nuqqas tagħhom mill-ewwel 11 kien minħabba ‘kwistjonijiet ta’ imġieba’.
Huwa maħsub li l-Ispanjol ma kienx kuntent bil-kundizzjoni taż-żewġ players internazzjonali Ingliżi meta l-għada filgħodu rritornaw fil-ground tat-taħriġ għal sessjoni ta’ rkupru, u minn dakinhar wissa lill-players kollha tiegħu biex jibqgħu professjonali.
“Fil-Milied, nagħti ħafna attenzjoni lill-imġieba ġewwa u barra l-ground. Meta barra l-ground l-imġeieba ma tkunx xierqa, allura ma jilgħabux.”
“Għalhekk irridu nkunu ffukati l-ħin kollu minħabba distrazzjonijiet fi żmien il-Milied u dak kollu li jiġri – trid tkun xorta waħda ffukat”.
Il-leaders tal-Premier League, Man City, issa qed iħejju għall-konfront tagħhom ta’ Boxing Day f’darhom kontra Leicester City, qabel itemmu l-2021 bi vjaġġ lejn Brentford fid-29 ta’ Diċembru.