Tuesday, October 8, 2024

Pep Guardiola ried lil Leonardo Bonucci

Aqra wkoll

L-eks difensur internazzjonali Taljan Leonardo Bonucci tkellem dwar il-fatt li l-kowċ preżenti ta’ Manchester City Pep Guardiola riedu miegħu fl-Ingilterra lura għas-sena 2017.

Bonucci qal li lura għal dik is-sena hu kien iddeċieda li jħalli lil Juventus sabiex eventwalment ingħaqad ma’ AC Milan. Minkejja kollox, hu kellu offerti mingħand Manchester City u Paris St Germain għalkemm dakinhar ħass li kellu jibqa’ fl-Italja.

Bonucci rtira mil-logħba tal-futbol wara karriera ta’ ‘l fuq minn 20 sena fejn lagħab ukoll ma’ Bari.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport