Saturday, November 23, 2024

Peppi Azzopardi m’għandux pjanijiet konkreti għall-futur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn CARMEN CACHIA

Il-programm ta’ diskussjoni “Xarabank”, ippreżentat minn Peppi Azzopardi, twaqqaf milli jixxandar aktar fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM. Dan il-programm lokali kien ilu jixxandar għal dawn l-aħħar 23 sena u t-tmiem tiegħu ġie bħala sorpriża għal ħafna nies. staqsa lil Peppi xi pjanijiet għandu għall-futur issa li niżel is-separju fuq il-programm tiegħu u huwa qalilna li preżentament m’għandux pjanijiet konkreti għall-futur.

“Għalija l-futur ma jeżistix. Jeżisti llum u allura meta l-futur isir illum, nimxi ma’ kif tħebbirni qalbi. Allura, le, s’issa mgħandix pjanijiet konkreti.” Hekk iddikjara Peppi Azzopardi meta mistoqsi xi pjanijiet għandu għall-futur u jekk huwiex jikkonsidra li jmur ma’ stazzjon ieħor issa li twaqqaf il-programm tiegħu. 

Huwa qal li kull meta intervistawh u staqsewh dwar il-pjanijiet tiegħu għall-futur, minn dejjem irrisponda hekk. Filwaqt li rringrazzja lil dan il-ġurnal għas-solidarjetà, awgura għal ħidma ġurnalistika b’enfasi fuq in-nies “li bħalissa jinsabu minn taħt”.

“Xarabank” beda jixxandar għall-ewwel darba fl-4 ta’ April, 1997 fejn kull nhar ta’ Ġimgħa kienu ħafna dawk is-segwaċi li kienu jżommu l-appuntament tagħhom miegħu. Dan il-programm ingħata l-isem tal-mezz tat-trasport pubbliku Malti li fuqhom jitilgħu nies minn kull triq tal-ħajja, b’opinjonijiet differenti, li jispiċċaw jiddiskutu u jiddibattu fuq diversi temi.

Skont l-aħħar stħarriġ maħruġ mill-Awtorità tax-Xandir, dan il-programm baqa’ l-aktar wieħed segwit fuq l-istazzjon nazzjonali u fuq l-istazzjonijiet l-oħra kollha, mill-programmi kollha u mill-ħinijiet kollha tal-ġurnata. 

Barra li Peppi Azzopardi saħaq li bħala programm ġabar fondi kbar għal diversi għaqdiet filantropiċi, matul is-snin huwa rebaħ għadd ta’ unuri fil-qasam ġurnalistiku bil-kontribut tiegħu b’“Xarabank”.

Dan il-programm, li kien anke kkomparat mat-talk show popolari Amerikan, Jerry Springer, kien jinvestiga u jiddiskuti diversi temi fejn fost l-aktar riċenti u kontroversjali kienet dwar l-immigranti f’pajjiżna. 

Sport