Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ gazzetta Spanjola, l-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo qal li lura fis-sena 2018 qabel ma’ ngħaqad ma’ Juventus, il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez kien ċempillu u qallu biex jaħsibha sew dwar din il-possibbilta’.
Minkejja kollox, Ronaldo qal li xtaq esperjenza ġdida wara snin jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu. Ma’ Juventus, Ronaldo lagħab bejn l-2018 u l-2021 fejn skorja 81 gowl fi 98 logħba.
Wara din l-esperjenza hu reġa’ mar ma’ Manchester United qabel ma’ ngħaqad mat-tim preżenti tiegħu Al Nassr.