Thursday, August 21, 2025

Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Aqra wkoll

Matul il-perijodu bejn April u Ġnju ta din is-sena, inħarġu 598 permess tal-bini u ġew approvati bʼkollox 3,027 residenza ġdida. Dan l-ammont jirreġistra żieda taʼ 42.9 fil-mija meta mqabbel mal-istess tieni kwart tal-2024. 

Meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ51.0 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ7.0 fil-mija. L-appartamenti ammontaw għal 70.6 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati, 321, kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.

Din l-informazzjoni, maħruġa mill-Uffiċju Nazzjnonalista tal-Istatistika għandha l-għan li turi l-iżvilupp fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport