Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet minn ħanut fi Triq tal-Ħerba, Birkirkara iktar kmieni llum għall-ħabta tan-12:30 p.m.
Minn stħarriġ illi sar jidher li persuna, allegatament armata b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxier. Il-persuna ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
It-tfittxija għall-ħalliel għadhom għajjin.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.