Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fi Triq tal-Barrani f’Santa Luċiјa fid-direzzјoni tan-naħa ta’ fuq.
Dan is-sit јinsab infurmat li persuna ittieħdet l-isptar hekk kif ftit tal-ħin ilu karozza kienet involuta f’aċċident tat-traffiku meta kellha impatt ma’ vann ieħor li kien qed jinstaq fl-istess direzzjoni.
Fuw il-post isseјјaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei flimkien ma’ diversi uffiċјali tal-Puliziјa u membri tal-Protezzјoni Ċivili.
Kawża ta’ dan l-inċident il-parti tat-triq hija bħalissa magħluqa, bit-traffiku li ġej min-naħa ta’ isfel tal-pajjiż qed ikun mibgħut lejn ir-roundabout ta’ fuq il-mini.

