Persuna kellha tiddaħħal l-Isptar wara li seħħ inċident tat-traffiku Triq Sant’ Andrija, Pembroke direzzjoni lejn Baħar iċ-Ċagħaq.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li kien hemm trakk kbir li fuqu kien hemm xi makkinarju u kien ħiereġ minn side street.
Biex ikun jista’ joħroġ xi karozzi li kienu ġejjin fl-istess direzzjoni waqfu, iżda wara ftit ġiet karozza minn wara u baqgħet dieħla fihom kollha.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisitu lis-sewwieqa.
Il-Pulizija jinsabu fuq il-post biex jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

