Sunday, November 3, 2024

Persuna l-Isptar wara li nqalbet karozza f’Ħal Tarxien

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Persuna kellha tiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-3:40 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard f’Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żabbar li kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Volkswagen Golf ħabat ma’ arblu u konsegwentament inqaleb. Sussegwentament il-karozza laqtet żewġ karozzi oħra hi u titkaxkar fuq is-saqaf.

Kawża ta’ dan l-inċident waħda mill-karreġġjati kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku u nifhmu li sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet tista’ tinħoloq konġestjoni tat-traffiku fiż-żona.

Fil-post issejjaħ tim mediku u amulanza li assista biex ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport